Amanda Woods, parti maħduma minn Cameron Diaz, hi sidt aġenzija tar-reklamar li toħloq trailers tal-films u tgħix fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja. Iris Simpkins (Kate Winslet) tikteb fil-kolonna popolari taż-żwiġijiet fil-London’s Daily Telegraph u toqgħod ġo dar żgħira fil-kampanja Ingliża.
Għalkemm iż-żewġ tfajliet joqogħdu 6,000 mil ’il bogħod, it-tnejn li huma jkollhom bżonn jieħdu break mir-relazzjonijiet tagħhom. Ftit jiem qabel il-Milied jinzertaw fl-istess sit fuq l-internet li jispeċjalizza fit-tibdil tad-djar. Minħabba li t-tnejn l’ huma jkollhom bżonn jitilqu minn pajjiżhom għall-Milied jiddeċiedu li jmorru għal vaganza f’dar xulxin.
Għalhekk Iris tispiċċa fid-dar ta’ Amanda f’Los Angeles. Ftit tal-ħin wara tagħmel ħbieb ma’ Arthur (Eli Wallach), kittieb famuż tal-films, u Miles (Jack Black), kompożitur tal-films li jaħdem ma’ l-ex ta’ Amanda.
Fl-Ingilterra Amanda tkun qed tgawdi mill-kwiet u s-solitudni tad-dar miksija bis-silġ meta ħu Iris, Graham, parti maħduma minn Jude Law, iħabbtilha l-bieb.
Iż-żewġ nisa jiskopru l-imħabba fi żmien li totalment ma kinux qed jistennewha permezz ta’ safra bla ħsieb.
Dan il-film hu maħruġ mill-KRS Film Distributors.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt