10 ta' Diċembru 2006 • Nr 6

Arkivji




 

10 ta' Diċembru 2006
Riċetti Mediterranji għal Saħħa Aħjar minn Malta

Rita Portelli, klijenta ta’ go mobile, irċeviet sorpriża sabiħa meta rċeviet SMS jinformaha li kienet l-ewwel rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-Panto organizzata minn go mobile.
Portelli kienet ippreżentata b’erbgħa box tickets għall-produzzjoni ta’ din is-sena ġewwa l-kwartieri ta’ go mobile il-Marsa.
Il-kompetizzjoni bdiet ġimgħatejn ilu sabiex timmarka t-tielet sena ta’ kollaborazzjoni bejn go mobile u l-MADC. Go mobile huma l-isponsors ewlenin tal-produzzjoni ta’ dan il-Milied:
Hercules – The Panto.
“Il-kompetizzjoni tibqa’ għaddejja sa l-20 ta’ Dicembru,” qal Albert Gouder, maniġer tal-marketing tal-go mobile. “Hemm total ta’ 176 box tickets x’jintrebħu minn 44 klijent tal-go mobile – il-klijenti jistgħu jieħdu sehem billi jibagħtu SMS vojt fuq 5070 5511.”
Għal aktar informazzjoni fuq din il-kompetizzjoni jew fuq offerti oħrajn ta’ go mobile ċemplu freephone 146 minn fuq il-go mobile tagħkom jew żuru s-sit www.go.com.mt.

 

 



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt