10 ta' Diċembru 2006
Żewġ Kotba tal-Malti minn Charles Briffa
Charles Briffa għadu kif ippubblika żewġ kotba għall-istudenti tal-Malti.
Aspetti ta’ l-Istruttura tal-Malti Modern inkiteb bl-għan li jservi ta’ introduzzjoni għal min jixtieq itejjeb il-Malti miktub jew mitkellem kif ukoll għal dawk li jixtiequ jipperfezzjonawh. Il-Proża għaż-Żona tal-Karattru – Studju Kritiku dwar Ħala taż-Żgħożija u Stejjer Oħra ta’ Lino Spiteri hu studju fil-fond ta’ l-antoloġija tan-novelli ta’ Lino Spiteri li għadu kif ġie miżjud mas-sillabu tal-MATSEC.
Briffa janalizza t-temi li ħoloq Spiteri fin-novelli tiegħu. Fosthom hemm temi soċjali bħal żgħożija moħlija, ħbiberija falza, tradizzjonijiet li jiġu maħnuqa mill-progress, il-qirda ta’ l-ambjent naturali minħabba l-izvilupp tal-proprjetà u l-konsegwenzi li ġġib magħha d-diviżjoni politika.
L-ewwel ktieb jiffoka speċifikament fuq is-sintassi tal-Linwa Maltija li huma l-grammatika u juri kif il-kliem jingħaqad fi frażijiet, gruppi jew is-sentenzi bil-Malti. Dan il-ktieb hu għodda tajba għal min irid jikteb Malti modern mingħajr ma jikser ir-regoli li kienu nħolqu qabel.
Iż-żewġ kotba jistgħu jinxtraw minn ħwienet tal-kotba ewlenin. Għal aktar informazzjoni tista’żżur www.peg.com.mt
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt