10 ta' Diċembru 2006
Goran Cejkov A few old cities
Il-ġimgħa li għaddiet tniedet il-wirja ta’ l-arti ta’ Goran Cejkov, artist mill-Macedonia li ilu joqgħod hawn Malta għal dawn l-aħħar 10 snin. L-interess tiegħu fl-arti bdiet snin qabel ma resaq lejn pajjiżna. Fil-fatt kellu gallerija ta’ l-arti tiegħu stess fejn kien joqgħod. Minn dak iż-żmien ’l hawn kompla jesperimenta fil-pittura kif ukoll fl-iskultura.
L-arti ta’ Cejkov hi tradizzjonali fit-temi però hi moderna fil-metodu li juża biex ipinġi s-suġġetti tiegħu. L-ewwel impressjoni li jagħtu t-tpinġijiet tiegħu huma ta’ ritratti imma meta tersaq viċin tagħhom tinduna li x-xenarju li jpinġi hu kemmxejn astratt u mhux daqshekk realistiku. Cejkov juża diversi textures biex jagħti dehra differenti lill- postijiet storiċi ta’ Malta.
Il-wirja se tibqa’ għaddejja sa l-aħħar ta’ Diċembru fl-Artitude Gallery, Triq Tignè, Tas-Sliema. Tkun miftuħa mit-Tnejn sas-Sibt bejn 10am u s-1pm u mis-2pm sas-6pm.
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt