Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru se jkun hemm mużika ta’ Hip Hop live ġewwa Poxx Bar, taħt l-isem ta’ Pristine, f’Paċeville. Baresine se tiftaħ il-lejla u warajha se jkun hemm Sixth Symfoni, Narkotiko, Jon IQ aka Pen Demonium, Nitrox, Knowledge, D legacy aka Dizzy, Sick aka Porno P, Simon Vella (vjolin), DJ Savage, Carrie, Jay Omaro, Rachel Fabri u Nicky Agius Darmanin.
Sixth Simfoni u Narkotiko għadhom kif ġew mill-Istati Uniti b’repertorju ta’ mużika li pproduċew ma’ kantanti oħra Amerikani.
Il-bibien miftuħin fl-10pm u d-dħul hu ta’ Lm2.50. Il-biljetti jinxtraw mill-Exotique jew tista’ ċċempel fuq 99214547. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn www.myspace.com/hiphopmalta.
Barrel Distortion - IV se ssir l-għada ġo Naasha San Ġwann mill-10pm ’l quddiem. Mużika underground urbana bi spettaklu ta’ dwal minn VJ Vuk u r-ritmi hip hop ta’ Pen Demonium, il-moħħ wara Narkotiko u Sixth Simfoni. Miegħu se jkun hemm idoqqu wkoll DJs Cheeky Needle, Rusty Cowboy, Freeq u Dr. Zicotron.
Dħul hu b’xejn. Għal aktar informazzjoni żur
www.exquisitebreaks.com
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt