Il-problema tal-parking f’Malta jafha kulħadd. Il-Ħamrun u l-Marsa mhumiex eċċezzjoni.
Din il-problema tkompli tikber għaliex xi nies, speċjalment sidien ta’ ħwienet, jirriservaw post għall-parkeġġ quddiem il-ħanut tagħhom.
Dan jagħmluh billi jpoġġu affarijiet bħal kaxxi jew ġebel biex ħadd ma jipparkja quddiemhom. Safejn naf jien dan isir mingħajr permess.
Nistaqsi lill-awtoritajiet biex jaraw x’passi għandhom jieħdu kontra dawn il-persuni għax it-triq hi ta’ kulħadd mhux tan-negozjanti biss. Kevin Tanti
Santa Venera
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt