Nhar il-Ħadd 3 ta’ Dicembru dehret ittra iffirmata minn Joe A. Vella minn Tas-Sliema. F’din l-ittra Vella qal li fil-programm Xarabank jien kont ilmentajt li aħna l-Membri Parlamentari m’għandniex union biex tiġġieled għall-interessi tagħna.
Dan id-diskors jien m’għidtux. Jista’ jkun li qalu xi ħaddieħor. Imma mhux jien. Fil-fatt lanqas naqbel li l-Membri Parlamentari għandhom ikollhom xi union taqbeż għalihom.
Mhux l-iskop tiegħi li nwieġeb għal dak kollu li nkiteb. Ma ġara xejn billi kien hemm reazzjoni, anke jekk kritika, għal dak il-programm. Ta’ lanqas dak il-programm ħoloq diskussjoni. Dak kien l-iskop.
Xtaqt niċċara biss li jien la għidt u wisq anqas tajt x’nifhem li l-Membri Parlamentari għandhom ikollhom xi union taqbeż għalihom.
Il-bqija nirringrazzja lil kulmin għoġbu jikteb dwar dan is-suġġett. Mario Galea MP
Whip tal-Gvern
Valletta
ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt