“F’pajjiżna, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed tidħol il-korruzzjoni,” jistqarr Dun Victor Grech li f’intervista li qed tidher illum isostni li l-korruzzjoni qed tidħol fis-soċjetà Maltija taħt forom differenti.
Din il-korruzzjoni dieħla bl-ingann u l-qerq. Tinsab fuq livell ta’ familji, negozji u xi drabi anki fuq livell politku. Madankollu f’Malta, jisħaq Dun Victor Grech, hawn l-omertà u n-nies ħafna drabi ssibha bi tqila tikxef każijiet bħal dawn.
Il-qassis jitkellem dwar il-problema kbira li se jgħaddi minnha l-pajjiż fi ftit tas-snin oħra hekk kif qed jiżdiedu b’rata allarmanti l-każijiet ta’ familji li mhux qed jirnexxu. Jikkonferma li din is-sena żdiedu l-każijiet ta’ żgħażagħ li qed jieħdu l-kura minħabba l-vizzju tad-droga.
Fl-intervista Dun Victor Grech jagħti wkoll l-fehma tiegħu dwar il-kwalitajiet li għandu jkollu l-Arċisqof ġdid ta’ Malta. Ara l-intervista