Malta se tkun iċ-ċentru ta’ attività turistika mhux tas-soltu meta f’Diċembru tilqa’ numru ta’ maniġers minn ditti kbar dinjin li se jikkompetu bejnithom fil-World Team Challenge (WTC).
Il-WTC se ssir bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru u jipparteċipaw madwar 50 tim f’kompettizzjonijiet li fihom juru l-ħila fiżika u mentali.
L-attività se tkun iffilmjata u tixxandar ’il-quddiem fuq stazzjonijiet televiżivi bl-istennija hi li Malta jkollha riklam ‘b’xejn’.
Din is-sena attivitajiet oħra bħal din saru l-Amerika u l-Ingilterra.