19 ta' Novembru 2006 • Nr 3



 

 

 

 

19 ta' Novembru 2006
Tal-VAT jitfu d-dawl u jiffrankaw

Id-dipartiment tal-VAT qed jitfa’ lill-impjegati tiegħu fil-limbu meta waqt il-break jitfi d-dawl u jinxtegħel l-emergency lighting.
Id-dipartiment ilu għal dawn l-aħħar ħdax-il xahar li daħħal kunċett ġdid fejn b’mod awtomatiku, waqt il-ħin tal-break jinqata’ d-dawl biex ikun iffrankat l-elettriku.
Klijenti li marru jinqdew f’dan id-dipartiment dan l-aħħar intebħu b’din is-sistema u ndunaw li waqt il-break il-ħaddiema jkunu ‘fil-limbu’. Il-break b’tul ta’ 45 minuta ikun bejn in-12.30pm u s-1.15pm. F’dak il-ħin it-tubi u l-bozoz kollha jintfew u mill-ewwel jinxtegħel dawl ieħor bħal dak ta’ emergency light.
George Catania, Direttur tas-Support Services tad-Dipartiment tal-VAT ikkonferma li din l-inizjattiva ddaħħlet kmieni din is-sena u permezz tagħha qed ikun kalkulat li fil-bini tal-VAT, mifrux fuq 4,000 metru kwadru, diġà ffrankaw mijiet kbar ta’ liri.