19 ta' Novembru 2006 • Nr 3



 

 

 

 

19 ta' Novembru 2006
Memento Mori

Scaremongering.net bħalissa għaddejjin bil-wirja Memento Mori, li tesplora t-tema tal-mewt.
Il-grupp għal did-darba ddeċieda li l-proġett ikun differenti. Mhux talli ried li l-artisti jesperimentaw b’metodi u materjali ġodda iżda riduhom ukoll iħalltu l-ideat tagħhom ħalli joħolqu spazju artistiku wieħed fi proġett wieħed.
Minħabba l-proġett u t-tema li ntagħżlet, Scaremongering.net kellhom bżonn post addattat għat-tema tal-mewt.
CityPro għenithom isibu dar antika għall-għanijiet tagħhom. Il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kavallier ta’ San Ġakbu u megħjun mill-Kunsill Lokali tal-Belt.
Il-wirja ilha għaddejha ġimagħtejn u se tintemm nhar il-Ħadd li ġej. Tinsab f’84, Triq l-Isptar, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd li ġej se jkun hemm Brikkuni, band folk magħmula minn seba’ mużiċisti.