19 ta' Novembru 2006
Seminar ta’Opportunitajiet Finanzjarji fil-Qasam Kulturali
Fost is-suġġetti li se jiġu diskussi f’dan is-seminar, wieħed se jkun dwar Fondi Ewropej għal min jaħdem fil-qasam kulturali. Se jsir nhar il-Tlieta 21 ta’ Novembru mid-9am sas-1.30 pm f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Il-Cultural Contact Point u l-Media Desk fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jistiednu lill-organizazzjonijiet kulturali kollha kif ukoll individwi interessati biex jattendu għal dan is-seminar u l-workshops. Is-seminar se jagħti ħarsa lejn Fondi Ewropej bħalma hu l-Programm Kulturali 2007-2013, il-Media Programme, kif ukoll opportunitajiet lokali oħra ta’ għajnuna finanzjarja.
Il-kelliema huma:
- Kate Wiberg, Arts Executive fil-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, li se titkellem dwar il-Fondi Nazzjonali għall-Kultura li qed ikun propost.
- Toni Attard mill-Kavallier San Ġakbu; se jitkellem dwar il-possibiltà ta’ artisti Maltin fl-Ewropa.
- Marika Grech, il-Cultural Contact Point f’Malta, li ħa tagħti ħarsa lejn il-finanzjamenti mill-Ewropa.
Fit-tieni parti tas-seminar se jkun hemm għaddejjin tliet workshops.Il-parteċipanti se jinqasmu fihom skond l-għażla li jkunu għamlu. Min hu interessat li jattendi hu mistieden jibgħat email ccp@gov.mt sa nofsinhar tat-Tnejn 20 ta’ Novembru u fiha jindika f’liema workshop jixtieq jattendi. Il-programm sħiħ jinkiseb mis-sit www.culture.org.mt