19 ta' Novembru 2006 • Nr 3



 

 

 

 

19 ta' Novembru 2006
Kevin Mallia

Artist li tgħallem waħdu mill-2002. Bħalissa qed jaħdem fuq arti diġitali, fotografija u collages. Kollox beda meta beda jagħmel xi collages tal-karti għall-appartament tiegħu.
Wara żviluppa interess fil-fotografija, li għadu s’issa jipprattika b’passjoni kbira. Din wasslitu biex jesperimenta b’arti diġitali fuq r-ritratti oriġinali tiegħu stess u issa saret l-arti li jipprattika.
Skond Kevin Mallia, “Kultant bħala alternattiva għal fotografija tas-soltu, nieħu ritratti ta’ oġġetti li għal ħafna wisq probabbli ma jkunux interessanti. Però lili jkunu laqtuni jew minħabba t-texture tagħhom jew għax ikollhom kulur jgħajjat u jiġbidli l-attenzjoni. Normalment dawn nużahom aktar tard meta ngħaqqadhom ma’ ritratti oħra għal collages tiegħi.”
Altered States, il-wirja li hemm bħalissa f’La Vita de La Valette fil-Waterfront tal-Belt Valletta, saret bl-istess mod, għalhekk jisimha hekk. Ir-ritratti li għażel ħolqu realtà alterata, differenti minn dik li s-soltu nistennew. “F’din it-tip ta’ arti, l-ispettatur għandu rwol attiv fiha, li tħallih jinterpretà u jfittex affarijiet li l-kliem ma jistax jispjega.”