19 ta' Novembru 2006
Ktieb ġdid mil-Fondazzjoni Patrimonju Malti - Nostalgias of Malta
Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti introduċew ktieb ġdid ta’ ġabriet ta’ ritratti Maltin bit-titlu ta’ Nostalgias of Malta – Images by Geo Fürst from the 1930’s. Din il-kollezzjoni ta’ ritratti mill-passat Malti u Għawdxi hija kkurata minn Giovanni Bonello.
“Sa llum ix-xogħol tiegħu (Giovanni Bonello) kien magħruf biss mill-kollezzjonisti tal-kartolini. Issa, min japprezza il-wirt artistiku Malti, se jkollu l-opportunità li jgawdi dawn ix-xbihat u jara kif kienet verament Malta 70 sena ilu”, qal il-President tal-Patrimonju Skond l-Imħallef Bonello, Geo Fürst huwa meqjus bħala l-aħjar fotografu għal xeni Maltin ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinijija. “Ix-xogħol tiegħu kellu kollox: kreattività, impatt u livell tekniku impekkabbli.”
Nostalgias of Malta qed jinbiegħ fil-ħwienet ewlenin f’Malta u f’Għadwdex għall-prezz ta’ Lm19.50 (qoxra iebsa) u Lm14.50 (qoxra ratba).