19 ta' Novembru 2006 • Nr 3



 

 

 

 

19 ta' Novembru 2006
Aktar iljieli għal The Goat or Who is Sylvia?

Żdiedu l-ġranet għad-dramm provokanti ta’ Edward Albee imtella’ minn Masquerade.
Il-jiem huma 24, 25 u 26 ta’ Novembru. Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Novembru x-xogħol se jittella’ apposta għall-istudenti tal-Fakultà tal-Psikoloġija li se jwassal għal diskussjonijiet ma’ l-atturi u t-tim tal-produzzjoni hekk kif jispiċċa.
Fil-parti ewlenija hemm Manuel Cauchi bħala Martin, perit ta’ suċċess li jgħix flimkien mat-twajba martu (Isabel Warrington) u t-tifel adoloxxenti tagħhom Billy (Jean Marc Agius). Martin għadu kif rebaħ premju importanti u għadu kif intgħażel biex jagħmel id-disinji tal-belt tal-ġejjieni li se tiswa mal-biljun dollaru. Meta ħabib ta’ Martin (Edward Mercieca) jintervistah, hu jispiċċa jammetti li sar iħobb lil Sylvia. Din l-isqarrija tifred ’il familtu u tispiċċa tkissirlu ħajtu.
Baqa’ ftit biljetti biss għal-wirjiet iż-żejda. Ċemplu lil Kavallier ta’ San Ġakbu 21223200.

www.masquerademalta.com