Erba’ nisa u spazju vojt. L-ebda waħda ma tista’ tiftakar min hi, fejn qiegħda, min huma t-tlieta l-oħra u x’suppost qed jagħmlu. Għandhom biss ħaġa waħda komuni - kollha jafu jkantaw is-Santa Luċija, sakemm jiskopru mod ta` kif jistgħu jiftakru...
Il-grupp tat-teatru Du` se jtella’ Lacuna, xogħol imsejjes fuq novelli ta’ Trevor Zahra, Sepja, li għadhom ma ġewx ippublikati.
Se ssir fit-8, 9 u10 ta’ Diċembru fit-Teatru ta’ l-MITP, fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta. Il-bibien miftuħin fis-7.30pm. Il-biljetti huma mill-bieb, Lm4 u Lm3.50 (studenti għall-ewwel lejl). Iktar informazzjoni dwar Lacuna tingħata ’il quddiem.