Bla Kommixin għas-sitt darba, din is-sena taħt l-isem Bla Kondixin, reġgħet waslet.
Fost il-ħafna mistiedna se jkun hemm Ray Calleja bil-karattru popolari tiegħu Karen, single mother, li għaddejja b’konverżazzjoni fuq it-telefon maż-żewġ kapijiet tal-partiti politiċi. Però hi aktar moħħha fil-problemi personali tagħha milli fihom.
Insibu wkoll lil Hector Bruno fil-parti ta’ Brandon mill-kampanja tal-Brand Malta, li jħossu obbligat li għandu jtejjeb l-ekonomija tat-turiżmu f’Malta. Imbagħad minn dis-sena se jkun hemm ZOO, li se jtellgħu xogħol relatat mal-festi tal-Milied. Insibu wkoll lil Gracie, parti mqaxxra minn Leigh-Anne Abela, li għandha aktar flus milli klassi.
Dawn il-karattri se jkunu kollha f’din l-edizzjoni ta’ Bla Kondixin li se tittellà fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Università ta’ Malta llejla, fl-24, 25, 26 ta’ Novembru u fl-1, 2, 3 ta’ Diċembru.
Is-serata se tittella’ grazzi għall-patronaġġ tal-Prim Ministru u l-familja tiegħu li jattendu regolarment għaliha. Tibda fis-7.30pm. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu billi ċċemplu 21223216 jew permezz ta’email boxoffice@scjav.org. Aktar tagħrif jinkiseb mis-sit www.blakondixin.com