19 ta' Novembru 2006 • Nr 3



 

 

 

 

19 ta' Novembru 2006
Il-UĦM sodisfatta bl-għajnuna mill-UE

Fid-diskors tal-baġit il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħabbar li fl-2007 Malta se tingħata Lm50 miljun minn fondi strutturali u Lm33 miljun għall-agrikultura.
Dan il-fatt se jwassal biex il-pajjiż jibqagħlu finanzi biex jinvesti miljuni kbar ta’ liri fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-ambjent u fl-infrastruttura.
Ovvjament din l-għajnuna ma kenitx tkun possibbli li kieku Malta ma sseħbitx fl-Unjoni Ewropea. Hawnhekk joħroġ l-għaqal li wriet il-UĦM meta matul ir-referendum dwar id-dħul ta’ Malta fl-UE kienet ħadet parti attiva f’din il-kampanja billi organizzat rallies, ħadet sehem f’konferenzi u nediet kampanja bil-billboards madwar Malta.
Is-sehem attiv tal-UĦM f’dan ir-referendum kien frott ta’ deċiżjoni li ttieħdet għax il-Union kienet taf li biex isir żvilupp fl-oqsma li semmejt pajjiżna kellu bżonn il-miljuni kbar ta’ liri, li pajjiżna ma kellux.
Issa li pajjiżna qed jibda jara r-riżultati pożittivi fl-ekonomija u l-investiment qawwi fis-servizzi pubbliċi, l-UĦM tħoss sodisfazzjon li l-ħaddiema u l-pensjonanti u l-familji tagħhom se jtejbu l-livell tal-ħajja tagħhom.

John M. Briffa
Rappreżentant UĦM
Floriana