19 ta' Novembru 2006 • Nr 3




 

12 ta' Novembru 2006
“Jekk nitilfu mhux se taqa’ d-dinja”
Julia Farrugia
Il-familja Gonzi diġà ddiskutiet il-possibbiltà ta’ telfa għall-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Hi Kate Gonzi, il-mara tal-Prim Ministru, li f’intervista esklussiva ma’ dan il-ġurnal tikkonferma li bħala familja huma ppreparati għal kull eventwalità, tant li kellmet lil uliedha wkoll dwar dan is-suġġett.
Il-mara tal-Prim Ministru tgħid li huwa ta’ żvantagg li Lawrence Gonzi laħaq prim ministru sentejn u nofs ilu. Fost ir-raġunijiet ewlenin li tat hemm dik li Lawrence Gonzi ħa post persuna li kienet ilha tmexxi 20 sena. Kate Gonzi ssostni wkoll li “il-fatt li l-partit tagħna ilu fil-gvern, in-nies ikunu jridu dik il-bidla. Jien dan kollu kont nafu. Il-pajjiż hekk kellu bżonn. Imma kollha qegħdin quddiem għajnejna dawn. Għalhekk aħna ppreparati għal kollox.”
U forsi għal min ħa l-impressjoni li Kate Gonzi tista’ tintuża mill-PN għal fuq xi billboard fi żmien l-elezzjoni, hija twieġeb ċar u tond li mhix lesta tintuża f’kampanja stil Amerikan.
Fl-intervista Kate Gonzi titkellem ukoll dwar il-familja tagħha, ċerti mumenti li għaddiet minnhom fiż-żwieg, id-divorzju u s-sitwazzjoni ta’ persuni li jikkoabitaw, l-impjant ta’ riċiklaġġ f’Wied il-Għajn u kif taħsibha dwar Alfred Sant.
Ara l-intervista

Tas-Saħħa jinvestigaw fin-Naxxar
Julia Farrugia
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jinvestiga kif sistema ta’ drenaġġ fin-Naxxar qed tmarrad lil għadd ta’ residenti.
Din il-gazzetta għandha kopja ta’ ċertifikati mediċi li t-tobba bagħtu lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex tittieħed azzjoni minnufih.
Minn informazzjoni li għandna jirriżulta li l-każijiet kollha seħħew fi Triq Margaret Murray u fi Triq l-Imnara.

Falzon dwar ‘is-serp’
Ma niddiskutix affarijiet interni tal-Partit

Attivisti viċin Alfred Sant qed jippuntaw subgħajhom lejn Nathalie Attard, persuna li taħdem fl-uffiċċju tad-deputat mexxej Laburista Michael Falzon, bħala ‘is-serp’ li allegatament ħarġet informazzjoni lill-Partit Nazzjonalista dwar laqgħa ta’ kuntratturi fil-Mile End.



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt