12 ta' Novembru 2006
Żeffiena Indjana ta’ livell għoli f’Malta
MALAVIKA SARUKKAI, żeffiena Indjana se żżur Malta flimkien ma’ sitt mużiċisti oħra u se tiżfen l-Bharata Nãtyam, li hu żfin klassiku Indjan.
Malavika hija magħrufa fuq livell nazzjonali u internazzjonali.
‘Bharata Natyam huwa l-ilsien tat-taħriġ tiegħi. Lili jipprovdieli l-alfabett bażiku li bih jien noħloq iż-żfin tiegħi.’
Se tiżfen fit-Teatru tal-Qalb ta’ Ġesu f’San Ìiljan, il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru fid-9pm u l-Ħadd 19, fid-7.30pm. Il-biljetti huma ta’ Lm3 għall-istudenti u Lm5 għall-kbar. Jistgħu jinxtraw mill-Kavallier ta’ San Ġakbu b’email boxoffice@sjcav.org jew permezz tat-telefon 21223200.