“Mozart in Salzburg” huwa l-isem tal-kunċert li qed torganizza s-St Paul Choral Society li se tfakkar il-250 anniversarju tat-twelid ta’ Mozart.
L-attività se ssir il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru fil-kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Il-kunċert se jkun dwar il-mużika sagra li kkompona Mozart meta kien qed jgħix u jaħdem f’Salzburg.
Is-solisti se jkunu Rosabelle Bianchi, Claire Massa, Charles Vincenti u Albert Buttigieg. L-organista hi Elisabeth Conrad. L-orkestra Barokka magħmula minn 15-il instrument hi mmexxija minn Marcelline Agius u d-direttur se jkun Dr Hugo Agius Muscat.
Is-St Paul Choral Society, magħmul minn 60 korist, m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni minħabba li ħa sehem f’aktar minn 80 attività koristika f’Malta u Għawdex. Il-kunċert jibda fis-7.30pm u se jdum madwar siegħa. Dħul huwa b’xejn. Tkaken mhumiex permessi fil-kon-Katidral minħabba l-art.
Għal bookings ibagħtu email fuq postmaster@spcs.info.