12 ta' Novembru 2006 • Nr 2



 

 

 

 

12 ta' Novembru 2006
L-Aħħar Lejl għal Dwal Ġodda

Dwal Ġodda qed itellgħu dramm ġdid miktub minn Martin Gauci, li huwa wkoll id-direttur għal dan ix-xogħol.
L-awtur ibbaża xogħlu fuq sitwazzjonijiet li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum u li spiss jirnexxilna ninsewhom jew nippruvaw ma nagħtux kashom.
Il-karattri tiegħu huma ispirati minn nies li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Huma persuni li jizzikkaw il-kurżitaà ta’ l-ispettatur, l-aktar meta jiddeċiedu li jduru kontra uħud minn sħabhom sabiex jitfgħuhom f’nassa ta’ zekzik u tnemmis.
L-għan tad-dramm huwa li jgħin lill-udjenza tiegħu tiskopri lilha nnifisha u tirrifletti fuq l-eżistenza tagħha f’din id-dinja permezz ta’ teatru intimu, xi ftit differenti minn dak li forsi mdorrijin naraw f’teatri oħra. Huwa tip ta’ teatru meħud minn ħafna stili ta’ teatri oħra fosthom Augusto Boal, Paolo Freire u Bertolt Brecht.
L-atturi ilhom għaddejjin bil-preparamenti u t-taħriġ tagħhom minn Ġunju. Matul is-sajf, il-grupp irnexxielu jaħdem g˙al ġimagħtejn sħaħ mal-Portugiż Josè Guerrero, pedagogu li għamel żmien jaħdem ma’ Freire nnifsu fuq teatru soċjali. Il-grupp jemmen ħafna fit-taħriġ tal-membri tieg˙u, għalhekk jibdew minn daqshekk kmieni ja˙dmu. Parti mit-taħrig huwa ffukat fuq kif għandu jiġi mitkellem il-Malti tajjeb.
‘Wiċċ Imb’Wiċċ’ qed itella’ x-xoħol fit-teatru ta’ Ħal Għargħur, illejla fis-6.30pm. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 21438328, 79438328.