12 ta' Novembru 2006 • Nr 2



 

12 ta' Novembru 2006
Sant iwissi dwar ‘serp’
Diriġenti għolja tal-Partit Laburista jafu min hi l-persuna ta’ ġewwa li nfurmat lil NET TV bil-laqgħa li saret fiċ-Ċentru Laburista tal-Ħamrun bejn deputati Laburisti u erba’ kuntratturi li dwarhom inqala’ kjass sħiħ fl-Istampa. Ken Alfred Sant li kkonferma dan waqt assemblea ta’ distrett, laqgħa fejn delegati tal-partit isemmgħu leħinhom fuq għadd ta’ issues.
Sant kien qed jirreaġixxi għall-kumment delegat li lmenta li ma jistax ikun li “serp mara” tkompli tagħmel ħsara lill-Partit Laburista. B’differenza minn drabi oħra, Sant kompla ma’ dan il-kumment u rrefera għall-ħruġ ta’ informazzjoni mill-kwartieri fil-Ħamrun billi tkellem fuq il-każ mingħajr ma ta ħjiel jekk il-persuna hijiexminn mara jew raġel.
“Jidher li din il-persuna b’ li għamlet kixfet idejha u hemm il-provi,” qal Sant.

‘Gidma’ ta’ Lm50,000
Karl Stagno-Navarra
L-Awtorità dwar il-Mediċini tinsab f’taqlib hekk kif il-kontrollur finanzjarju tagħha Richard Micallef tkeċċa mill-impjieg u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin mixli bi frodi ta’ madwar Lm50,000 għad-dannu ta’ l-istess Awtorità.
Matul dawn l-aħħar jiem, Richard Micallef minn Tas-Sliema, kien interrogat mill-Pulizija dwar l-għibien ta’ ammonti sostanzjali ta’ flus mill-kontijiet ta’ l-Awtorità li tirregola s-suq tal-mediċini fil-pajjiż

ATTENTI: Dawradurella perikoluża
Kurt Sansone
L-inċident li seħħ fil-bidu tas-sajf fil-playing field ta’ San Ġwann fejn tifel ta’ tliet snin weġġa’ serjament meta waqa’ minn fuq dawradurella meqjusa perikoluża mill-espert tal-qorti donnu ma serviex bħala xogħfa. Fil-ġnien ta’ quddiem il-knisja ta’ l-Imsida sal-lum għad hemm dawradurella bħal dik ta’ San Ġwann.



ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 07
Direttur Maniġerjali: Roger de Giorgio • EDITUR Maniġerjali: Saviour Balzan
Editur: KURT SANSONE
Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075
Websajt: www.illum.com.mt • E-mail: illum@mediatoday.com.mt